Lokali
Jintbagħat il-ħabs wara li nqabad bil-kannabis u l-kokaina

Mohammed Omar Isse ntbagħat disa’ xhur ħabs u mmultat €700 wara li nstab ħati li fil-pussess tiegħu kellu ħames pakketti ħaxixa tal-kannabis u żewġ pakketti kokaina.

Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Frank Anthony Tabone, qal li l-Pulizija sabet id-droga fuq is-Somalu waqt raid li għamlet il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, f’Paceville. L-Ispettur qal li d-droga li nstabet fuq iż-żagħżugħ ta’ 22 sena ma kinitix għal użu personali tiegħu.

Waqt li s-Somalu ammetta l-akkużi miġjuba kontra tiegħu, l-avukata difensura tal-Għajnuna Legali, Dr Fransina Abela qalet li ż-żagħżugħ kellu bżonn il-flus biex iġedded il-karta tal-identità tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sqalli ta’ 23 sena minn Tas-Sliema, ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil anzjan u li kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira, Birkirkara. Francesco Raffreddato, li qal li jaħdem bħala…

Kronaka

Somalu ta’ 23 sena ġie akkużat li ħebb u hedded bil-mewt lil sidt ta’ ħanut tal-massaġġi fil-Marsa, li serqilha l-mobile u ammont żgħir ta’ flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Spiridione…

Aktar