X

Jintbagħat il-ħabs wara li tefa’ l-aċtu fuq l-eks tfajla fl-Italja

Fl-Italja, l-ex għarus tal-mudella Gessica Notaro ntbagħat 15-il sena ħabs wara li l-qorti tal-appell sabitu ħati li tefa’ l-aċtu fuq wiċċha.

Edson Tavares nstab ħati li għamel dak l-attakk li ħalla sfreġju fuq wiċċ il-mudella wara li din kienet ħassret ir-relazzjoni.

Mindu seħħ il-każ, ftit inqas minn sentejn ilu, Gessica Notaro għamlet minn kollox biex titkellem kontra l-vjolenza domestika u wkoll ħadet sehem f’diversi programmi televiżivi.