Lokali
Jintbagħat sena u nofs ħabs – akkużat li kiser l-ordni ta’ protezzjoni tal-ex tfajla

Żagħżugħ ta’ 30 sena mill-Mosta ġie akkużat li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja u l-ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-ex tfajla tiegħu. L-Ispettur Eman Hayman qal li jumejn ilu fil-11pm it-tfajla rat lill-akkużat għaddej bil-karozza tiegħu fit-triq fejn toqgħod f’Marsaxlokk.

Reuben Alessandro Abela ammetta l-akkużi. Id-difiża qalet l-imputat irrikonoxxa l-iżball li għamel u semmiet li bħalissa l-ġenituri tiegħu għaddejjin minn żminijiet ibsin ta’ saħħa. Il-Qorti ordnat li ż-żagħżugħ jintbagħat 18-il xahar ħabs u mmultatu €500.