Jintbagħat tliet snin oħra l-ħabs fuq traffikar ta’ eroina

Aaron Axisa ta’ 32 sena minn Ħal Għaxaq, intbagħat tliet snin oħra ħabs wara li nstab ħati li ttraffika d-droga eroina mid-dar tiegħu ż-Żejtun.

Il-Qorti semgħet li l-pulizija kienu qed jissorveljaw id-dar ta’ Axisa meta raw raġel, li aktar tard ġie identifikat bħala Daniel Mizzi, jiltaqgħa mas-Sur Axisa.

Wara tfittxija fid-dar ta’ Axisa, il-pulizija sabu mat-tliet grammi eroina.

F’Marzu 2012, Aaron Axisa kien diġa gie kundannat tliet snin ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li f’Novembru 2009 seraq deheb, flus u kompjuter mis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, f’Ħaż-Żabbar.

Hu kien instab ħati wkoll li għamel ħsara volontarja u li kien riċediv.