Edukazzjoni
Jintbagħtu r-riżultati tal-assessjar wara li ma sarx is-SEC minħabba l-COVID-19

Il-bord tal-MATSEC qal li wara erba’ xhur ta’ ħidma ma’ 45 skola, dalgħodu ħarġu l-marki ta’ 42 suġġett f’sitwazzjoni straordinarja fejn l-istudenti minflok ma qagħdu għall-eżamijiet tant mistennija, il-MATSEC ħareġ bi grad għal kull student li kien irreġistrat biex jagħti l-eżamijiet tas-Sec f’Mejju li għadda, u li ma kienx possibbli minħabba l-pandemija.

Dr Odette Vassallo, iċ-Chairperson tal-bord tal-Matsec spjegat li l-proċess biex tfassal il-grad kien wieħed rigoruż għaliex inħadem minn dawk li jissejħu ‘mock exams’ li għamlu l-istudenti kif ukoll minn marki ta’ assessjar fuq ix-xogħol tagħhom fosthom mis-snin l-imgħoddija. Spjegat li biex inħadmu l-marki, inkiseb ix-xogħol ta’ kull student minn 16-il skola tal-istat, 22 skola tal-Knisja, u minn seba’ skejjel indipendenti

“Il-proċess kien twil b’kollaborazzjoni ta’ kulħadd u f’4 xhur inexxielna naslu għal dan ir-riżultat”.

Dario Pirotta, id-Direttur Eżekuttiv tal-Bord tal-Matsec ħabbar li r-riżultati tas-suġġetti prinċipali bħal Malti, l-Matematika u l-Ingliż huma simili għar-riżultati li kisbu l-istudenti s-sena li għaddiet.

Din is-sena mis-suġġett tal-Ingliż, għaddew 66.5 %, mill-Matematika għaddew 77.1%, filwaqt li mill-Malti għaddew 77.1% tal-istudenti.

Ġie spjegat li r-riżultati kienu mqassma, fil-grad ta’ 3 għal min kiseb marka minn 1 sa 5, u grad ta’ 2 għal min ġab marka bejn 6 u 7, filwaqt li min ġab il-marka NA, dak ifisser li wieħed ma jkunx għadda. Is-Sur Pirotta qal li min mhux sodisfatt bil-marka li kiseb, għandu ċ-ċans li jagħmel l-eżami tas-SEC f’Settembru li ġej li se jkun bla ħlas.

“Jekk l-istudent mhux kuntent japplika ghal sessjoni f’Settembru, japplikaw mis-sbatax sa 24 Lulju, japplikaw online mill-website tal-Matsec”.

Is-Sur Pierre Cassar, kelliem għall-Università ta’ Malta qal li l-gradi huma rikonoxxuti u se jibqgħu rikonoxxuti għas-snin li ġejjin kemm għad-dħul f’istituzzjonijiet edukattivi u anki għal skopijiet ta’ xogħol.

Intant, il-Ministeru għall-Edkuzzjoni u x-Xogħol flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej fakkru li se jsiru l-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC għal min se jagħmel l-eżamijiet tal-Ingliż, il-Malti, il-Matematika, il-Fiżika u l-Bijoloġija f’Settembru li ġej. Il-klassijiet se jsiru bla ħlas bejn is-27 ta’ Lulju u l-aħħar t’Awwissu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar