Lokali
Jintilef minn sensieh wara daqqa ta’ pompa tal-konkos

Ħaddiem indarab, aktarx gravi, meta kien qed iwettaq xi xogħol fuq pompa tal-konkos.  Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei hekk kif intlaqat mill-pompa u bid-daqqa ntilef minn sensieh.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15am meta l-ħaddiem, Serb ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien qed jipprova jirranġa xi ħsara li żviluppat f’pompa tal-konkos fuq in-naħa ta’ wara tal-fabbrika tal-Playmobil li qed tinbena bħalissa f’Ħal Far.

Minn tagħrif li kiseb TVM jirriżulta li l-ħaddiem qala’ daqqa f’sidru meta bil-pressa tal-konkos il-pompa taret għal fuqu.  Is-Serb ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għadhom ma waslux għal konklużjoni fin-negozjati għal ftehim dwar Brexit minħabba l-ħtieġa ta’ assigurazzjoni għal dak li se jiġri dwar l-Irlanda; pajjiż maqsum b’biċċa parti…

Edukazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta qed tinvesti ħafna fl-edukazzjoni u għalkemm qed ikun hemm titjib b’mod kostanti, ir-rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ għadha għolja waqt li…

Lokali

Il-kuntistabbli Simon Schembri ddeskriva lilu nnifsu bħala persuna aħjar milli kien qabel l-inċident ta’ Mejju li kien għoddu ħallih mejjet. Waqt it-tnedija tal-Blue Light Foundation li waqqaf biex jiġu mgħejjuna…

Infrastruttura

Stħarriġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà dwar l-aċċessibbiltà fil-Belt għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti wera sitwazzjoni mwiegħra, għax minn 400 stabbilment kummerċjali u binjiet pubbliċi li ġew spezzjonati, huma biss 30…

Aktar