Lokali
Jintlaħaq qbil bejn l-Aġenzija Sapport u l-UĦM

Illum tard waranofsinhar intlaħaq qbil dwar il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport.  Dan intqal fi stqarrija li fiha jingħad kif dalgħodu l-UĦM issospendiet l-azzjonijiet industrijali li kienu fis-seħħ biex tkun tista’ ssir laqgħa b’għan ta’ ftehim aħħari mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Madanakollu baqa’ pendenzi li fuqhom ma ntlaħaqx qbil.

Tard waranofsinhar il-laqgħa bejn il-union, l-entità governattiva u l-ministeru konċernat komplew fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, liema laqgħat ġew moderati u mmexxija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Dawn it-taħdidiet wasslu għal ftehim finali.  Il-UĦM irtirat b’hekk l-azzjonijiet industrijali u t-tilwima industrijali li kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar jiem.

Ara wkoll:

Persuni b’diżabbiltà milquta b’direttivi tal-UĦM għall-ħaddiema tal-Aġenzija Sapport

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Tfal

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li l-Gvern se jressaq emendi fil-liġi tal-addozzjonijiet biex it-tfal addottati jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija awtomatikament meta jiġu addottati minn koppji Maltin. Waqt li indirizza l-ewwel konferenza…

Infrastruttura

Fid-dawl tal-inċident li seħħ jumejn ilu f’Gwardamangia, fejn waqgħet blokka appartamenti u ċediet ukoll dar, il-ġeoloġista Dr Peter Gatt qal li l-bini f’Malta se jibqa’ jitfarrak u jiġġarraf. Dr Gatt…

Aktar