Annimali
Jintlemaħ igwana jiġri max-xatt tal-Qawra

Min mar biex jgħum għawma għall-kwiet max-xatt tal-Qawra jaf ħa qatgħa b’annimal mhux tas-soltu li donnu hu wkoll ried igawdi l-veduta tal-baħar.

Jidher li ħarab xi igwana lil xi ħadd u spiċċa max-xatt tal-Qawra fejn hemm bosta boat houses.

Filwaqt li xi wħud, fuq il-midja soċjali, ikkummentaw kemm hu annimal sabiħ, oħrajn esprimew il-biża’ tagħhom kieku kellhom jiġu wiċċ imb’wiċċ mar-rettilu.

L-annimal huwa eżotiku u ma jikklassifikax ruħu mal-fawna Maltija u għalhekk, jekk jibqa’ ma jinqabadx, jispiċċa jsir speċi invażiva fl-ambjent Malti.

Min jilmaħ jew saħansitra jaqbad dan l-igwana jista’ jikkuntattja l-Akkwarju Nazzjonali li lest jieħu ħsieb dan ir-rettilu sakemm jinstab sidu.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar