Kronaka
AĠĠORNAT (2): Jittella’ katavru ta’ ġuvni mill-baħar fix-Xemxija – kien qiegħed jogħdos bin-nifs

Illejla katavru ta’ ġuvni Malti ttella’ mill-baħar fix-Xemxija, wara li ntlemaħ iktar kmieni f’qiegħ il-baħar.

Il-Pulizija qalet li kien waslilha rapport dwar katavru fl-inħawi tal-Veċċa għall-ħabta tal-5.15pm.

Il-katavru, li TVM infurmat li huwa ta’ Rabti ta’ 24 sena, ittella’ mill-baħar b’ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili. Huwa kien qiegħed jgħodos bin-nifs meta għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ara wkoll:

Simon Psaila huwa l-ġuvni li għereq fix-Xemxija

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Is-Società Italiana della medicina u l-Istitut Taljan tal-Kultura f’Malta ffirmaw memorandum of understanding li permezz tiegħu, fost affarijiet oħra, se jkun hemm skambji ta’ studenti miż-żewġ pajjiżi fl-oqsma tal-mediċina. Id-Direttur…

Tfal

Is-sena l-oħra saru 46 adozzjoni minn 11-il pajjiżi differenti. Dan qalu l-Ministru tal-Familja Michael Falzon f’attività għall-impjegati tal-Aġenzija Appoġġ, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mindu l-aġenzija bdiet is-servizzi tal-adozzjoni. Il-Ministru Falzon stqarr…

Lokali

Żagħżugħa ta’ 22 sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li kienet akkużata li frodat lis-sid tal-kera, b’serq u ksur ta’ liġi. Hija ġiet akkużata wkoll li provat tweġġa’ lill-koppja li mingħandha…

Aktar