X

AĠĠORNAT (2): Jittella’ katavru ta’ ġuvni mill-baħar fix-Xemxija – kien qiegħed jogħdos bin-nifs

Illejla katavru ta’ ġuvni Malti ttella’ mill-baħar fix-Xemxija, wara li ntlemaħ iktar kmieni f’qiegħ il-baħar.

Il-Pulizija qalet li kien waslilha rapport dwar katavru fl-inħawi tal-Veċċa għall-ħabta tal-5.15pm.

Il-katavru, li TVM infurmat li huwa ta’ Rabti ta’ 24 sena, ittella’ mill-baħar b’ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili. Huwa kien qiegħed jgħodos bin-nifs meta għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ara wkoll:

Simon Psaila huwa l-ġuvni li għereq fix-Xemxija