Qorti
Jinżamm arrestat fuq akkużi li kisser il-karozza tal-ex tfajla u heddidha “li jgħolliha”

Żagħżugħ ta’ 28 sena ġie akkużat li fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu f’Ħaż-Żebbuġ, hedded lill-ex tfajla tieghu u kkawża biża’ li se tintuża vjolenza kontriha.

Larkin Scicluna, li joqgħod Ħaż-Żebbuġ, ġie akkużat ukoll li kkawża ħsara lill-karozza tagħha meta ta daqqiet fuqha b’jack, u li kiser il-paċi pubblika u li saq vettura mingħajr liċenzja u polza tal-assikurazzjoni.

L-Ispettur Alfredo Mangion qal li waqt l-interrogazzjoni, l-akkużat qal li l-ex sieħba tiegħu ħaditlu l-mobile, li kien fih il-konverżazzjonijiet tagħhom. L-Ispettur qal li l-akkużat talab lill-Pulizija biex it-tfajla “ma tħarisx lejn wiċċu għax ikissrilha snienha”.

L-Ispettur qal li t-theddid fuq it-tfajla ilu għaddej sentejn u l-akkużat kien jheddidha li jgħolliha bit-tifla b’kollox.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest. Id-difiża argumentat li l-imputat qatt ma kellu każijiet ta’ theddid jew vjolenza domestika fuq terzi. Il-prosekuzzjoni ma qablitx mat-talba tad-difiża, għax qalet li mhux konvinta li l-akkużat se jħalli lill-vittma bi kwietha.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest għax qalet li t-theddid li sar mill-akkużat hu serju u mhijiex konvinta li tista’ toqgħod fuq l-akkużat.

Għad-difiża qed tidher l-Avukat Kathleen Calleja Grima.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Tabella max-xatt tal-Mellieħa, fl-inħawi tat-Tunnara, twissik li mhux permessi BBQs jew tined. Għal ħafna għawwiema iżda jidher li din it-tabella setgħet ma saritx, b’numru kbir ta’ tined li llum intramaw…

Qorti

Raġel weħel 6 xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz. Immigrant mill-Mali, li daħal Malta sena ilu, ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova…

Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Kronaka

Connie Mifsud instabet qawwija u sħiħa wara li ġiet irrapportata nieqsa dalgħodu. Iktar kmieni, iben Connie, Chris Mifsud, kiteb fuq il-midja soċjali biex javża li ommu, li għandha d-dimensja, kienet…

Aktar