Qorti
Jinżamm arrestat fuq akkużi li sawwat lil bintu u li pprova jisfurzaha tiżżewweġ

Raġel Sirjan li jgħix il-Ħamrun inżamm arrestat wara li ġie akkużat li sawwat lil bintu ta’ 15-il sena u li beda jipprova jġiegħlha tiżżewweġ raġel partikolari.

Il-Qorti semgħet kif il-pulizija rċeviet rapport dwar il-każ fuq Facebook, u meta marret fir-residenza tal-familja biex tinvestiga, it-tfajla, li kienet tidher imbenġla, mill-ewwel talbithom l-għajnuna.

Il-prosekuzzjoni qalet li t-tfajla allegat li missierha kien issawwatha spiss, anki jekk tixref mid-dar mingħajr ma tilbes il-hijab, u li ma kienx qed iħalliha tieħu l-pirmli preskritti mill-psikjatra biex ikun jista’ jkollha t-tfal. Żiedet li ħu t-tfajla wkoll kien irrapporta l-vjolenza domestika lill-Pulizija u lill-Aġenzija Appoġġ.

Ir-raġel ċaħad l-akkużi, bid-difiża tgħid li t-tfajla għaddiet minn trawma meta l-familja kienet sfurzata taħrab mis-Sirja, u li minħabba f’hekk għandha problemi psikoloġiċi u tweġġa’ lilha nnifisha. Qalet li l-missier ma setax isawwat lill-bintu għax kien ikun dejjem għax-xogħol, u jekk jinżamm arrestat familtu kien se jkollha problemi finanzjarji.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, ikkonkludiet li dawn huma akkużi li jaqgħu taħt il-kappa tar-reati msejħa tal-unur. Il-Qorti rrimarkat li f’Malta n-nies huma liberi li jilbsu li jridu, u ż-żwieġ sfurzat mhuwiex aċċettabbli.

It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda, waqt li t-tfajla qed tinżamm f’dar tal-Aġenzija Appoġġ. L-isem tar-raġel ma ġiex imxandar b’ordni tal-Qorti biex tkun protetta l-identità ta’ wliedu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar