Qorti
Jinżamm arrestat fuq serq ta’ għodda minn vettura f’San Pawl il-Baħar

Raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li llum waranofsinhar tressaq il-Qorti akkużat b’serq aggravat.

Sandro Lo Presti, Taljan ta’ 44 sena li jgħix f’Malta, kien akkużat li fil-lejl ta’ bejn it-8 u d-9 t’Awwissu seraq għodda tal-kostruzzjoni minn vettura pparkjata fi Triq is-Sajjied, San Pawl il-Baħar.

Lo Presti, li kien assistit mill-avukat tal-għajnuna legali Christian Chircop, ċaħad l-akkużi u talab il-ħelsien mill-arrest abbażi tal-fatt li għandu post fiss fejn jgħix u li ilu ħafna f’Malta.

Iżda l-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Josef Gauci, oġġezzjonat għal din it-talba għax sostniet li l-akkużat diġà nstab ħati darb’ oħra fuq akkużi ta’ serq u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Il-prosekuzzjoni żiedet tgħid li Lo Presti huwa maħkum mill-vizzju tal-eroina u qed jisraq biex ikun jista’ jibqa’ jixtri d-droga.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ordnat li l-akkużat jintbagħat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jibqa’ jinżamm arrestat.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Kronaka

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta. L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu…

Kronaka

Ingliż ta’ 46 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident stradali fil-wied tal-Imsida. L-inċident seħħ bejn mutur tat-tip Piaggio Vespa misjuq mill-Ingliż residenti l-Għasri u vettura…

Kronaka

Raġel ta’ 57 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jaħdem fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.40am fi skola primarija fi Triq Qasam Barrani. Il-Pulizija qalet li r-raġel,…

Aktar