X

Jinżamm arrestat ir-raġel akkużat li instiga l-mibegħda lejn il-Pulizija fuq Facebook

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ordnat li Josef Vincenti ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar jibqa’ miżmum arrestat wara li ġie mixli b’kummenti ta’ mibegħda u theddid fil-konfront tal-Pulizija, u li permezz tagħhom xewwex persuni oħra biex jiksru l-liġi.

Hu għadda l-kummenti fuq Facebook b’reazzjoni għal storja ppubblikata fil-midja dwar kemm qed jinħarġu ċitazzjonijiet mill-Pulizija bl-ispeed guns għal sewqan b’veloċità eċċessiva.

Vincenti ġie mixli wkoll li hu riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti meta tagħtu l-libertà proviżorja. Vincenti wieġeb li mhux ħati.

RA :