Qorti
Jinżamm arrestat raġel mixli b’serq mill-Imsida, San Pawl il-Baħar u l-Fgura

Il-Pulizija ressqet il-Qorti żagħżugħ u xlietu li bejn Frar u Mejju wettaq ħames serqiet ta’ flus u ġojjelli minn residenzi fl-Imsida u San Pawl il-Baħar.

Aliosha Emnadze, Ġorġjan ta’ 24 sena, ġie mixli wkoll li f’Ġunju pprova jwettaq tliet serqiet oħra minn San Pawl il-Baħar u l-Fgura. Huwa ġie akkużat ukoll b’konfoffa biex iwettaq dawn is-serqiet.

Fil-Qorti ma ngħatawx dettalji dwar il-valur tal-oġġetti misruqa. L-akkużat, li qal li ma jaħdimx u m’għandux indirizz fiss f’Malta, wieġeb mhux ħati tal-akkużi. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, ordnat li l-imputat jinżamm taħt arrest preventiv.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar