Qorti
Jinżamm arrestat wara li allegatament darab raġel b’daqqiet ta’ sikkina f’Ta Qali

Elliot Paul Busuttil ta’ 36 sena minn Ħ’Attard baqa’ jinżamm arrestat wara li fil-Qorti kien akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Emil Vassilev Marinov Bulgaru ta’ 57 sena li joqgħod Birkirkara.

L-aggressjoni seħħet f’Ta Qali fit-13 ta’ dan ix-xahar għall-ħabta tal-11pm fejn huwa allegat li l-aggressur ikkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi b’sikkina fuq il-vittma. Jingħad li l-akkużat instab mill-Pulizija moħbi fiż-żona komuni ta’ blokka ta’ appartamenti f’Ħ’Attard.

Busuttil fost diversi akkużi oħra kien akkużat ukoll li seraq ammont ta’ flus kontanti mingħand il-Bulgaru.

Fil-Qorti l-avukat difensur ma talabx għall-ħelsien mill-arrest, iżda talab li l-prosekuzzjoni ttella’ malajr kemm jista’ jkun lix-xhud ewlieni li huwa l-vittma nnifsu li għadu rikoverat l-isptar. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-vittma qaleb għall-aħjar.

Aħbarijiet Oħra

Waqt il-programm TVAM, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fid-djar tal-anzjani. Il-Professur Gauci kkonfermat li llum naqbżu t-3,000 każ ta’ Covid-19 f’Malta. Tkellmet ukoll dwar l-importanza…

Matul il-jum tal-Ħadd inġabret is-somma ta’ €1,436,955 għal Dar Bjorn. Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi saret sabiex tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn għall-pazjenti bl-ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi. Il-maratona bdiet f’nofsinhar u…

Is-satelliti li hawn fl-ispazju fuq Malta jipproduċu informazzjoni utli dwar il-kurrenti tal-baħar u l-effetti li għandhom fuq il-kosta Maltija. Grupp ta’ riċerkaturi mill-Università ta’ Malta ħolqu sistema teknoloġika li permezz tagħha…

Il-Ministeru għas-Saħħa ġie infurmat li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet  pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid19, fl-10 ta’ Settembru u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fit-22 ta’ Settembru,…

Aktar