Qorti
Jinżamm arrestat wara li allegatament segwa u hedded lill-ex tfajla

Fit-tieni każ ta’ vjolenza domestika quddiem il-Qorti llum, Frederick Dalli ta’ 36 sena minn Bormla ġie akkużat li s-Sibt fil-Birgu hedded u kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza fil-konfront tal-ex tfajla tiegħu.

Huwa ġie akkużat ukoll li kiser ordni ta’ protezzjoni u li saq vettura mingħajr liċenzja u polza tal-assikurazzjoni.

L-Ispettur Eman Hayman qal li t-tfajla allegat li l-akkużat ilu jsegwi l-passi tagħha 4 xhur.

L-akkużat, li huwa riċediv, wieġeb mhux ħati. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, ma laqgħetx it-talba tad-difiza għall-ħelsien mill-arrest, minħabba li għadha trid tixhed it-tfajla.

Għad-difiża dehru l-Avukati Marion Camilleri, Arthur Azzopardi u Mario Mifud.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Erbatax-il kwadru fil-Knisja tal-Mosta ġew restawrati b’investiment ta’ tmenin elf ewro. Erba’ kwadri huma tal-artista tas-seklu sbatax, Stefano Erardi u parti kbira mill-għaxra l-oħra huma ta’ Giuseppe Calì, meqjus bħala…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat wiegħed lealtà sħiħa u spazju lis-suċċessur tiegħu u qal li hu se jibqa’ baħri flok kaptan. Dr Muscat li tkellem fi tliet…

Milied

Aktar ma joqrob il-Milied, aktar jirrankaw l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-għaqdiet tal-karità . . . fosthom il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li hija l-benefiċċarja tal-attività Santa Swim, li issa…

Aktar