Qorti
Jinżamm arrestat wara li ġie akkużat bi traffikar tad-droga kokaina

Anthony Said ta’ 44 sena mill-Fontana, Għawdex baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u eroina. Huwa kien akkużat ukoll li wettaq dan ir-reat f’distanza viċin ta’ skola jew post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ u li hu reċediv.

B’rabta ma’ dan l-istess każ, il-ġimgħa l-oħra tressaq il-Qorti, Antonio Mollo, Taljan ta’ 29 sena li joqgħod iż-Żebbuġ. Quddiem il-Maġistrat Paul Coppini wieġeb li mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arerst.

Iż-żewġt irġiel ġew arrestati fl-10 ta’ Jannar illi għadda jitraffikaw d-droga fi Pjazza ta’ San Franġisk, fir-Rabat, Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…

Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Immigrazzjoni

Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Missing Children Europe Aagje Leven qalet li l-fatt bejn l-2014 u l-2017,30,000 tfal immigranti intilfu waqt il-vjaġġ tagħhom ifisser falliment tas-sistema. F’konferenza f’Malta organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid…

Lokali

Il-Bank of Valletta qal li s-servizz mill-fergħat tal-bank ta’ ħlasijiet lil terzi pajjiżi barra ż-żona Ewro se jerġa’ lura għan-normal min-nhar it-Tnejn li ġej. Dan is-servizz kien għadu sospiż wara is-cyber…

Aktar