Qorti
Jinżamm arrestat wara li ġie akkużat b’serqa ta’ €16,000

Josef Farrugia ta’ 39 sena mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li ġie akkużat bis-serqa ta’ €16,000.

Fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati għall-akkuża. Minkejja li d-difiża, immexxija minn Dr Jason Grima talbet il-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Mario Xiberras u Stacey Attard, oġġezzjonat għax hemm persuna oħra involuta li l-pulizija għadha ma sabitx.

Għal dan id-difiża saħqet li għax il-Pulizija qed tfittex persuna oħra ma jfissirx li Josef Farrugia għandu jinżamm arrest għax hu ma jaħtix għal dak li għamlet dil-persuna.

Kompliet tgħid li sena u nofs ilu ħareġ mill-ħabs wara li skonta sentenza ta’ 14-il sena. Qalet li Josef Farrugia għandu problema ta’ droga u għandu bżonn l-għajnuna.

Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest minħabba l-fedina kkulurita tiegħu u n-nuqqas ta’ affidabilità.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li minn Ottubru li ġej, lubricating oil, magħruf ukoll bħala petroleum oil, u tabakk tal-‘water-pipe’, ma jistgħux jinbigħu mingħajr ma jkunu ssiġillati bit-timbru tas-sisa. Fi stqarrija d-Dipartiment…

Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Aktar