Lokali
Jinżamm arrestat wara li ħebb għal mara fl-Isptar Mater Dei

Arun Jose, Indjan ta’ 33 sena li jgħix il-Fgura wieġeb mhux ħati li ħebb għal mara fl-Isptar Mater Dei

L-avukat tal-għanjuna legali talab għall-ħelsien mill-arrest fid-dawl li l-imputat għandu familja f’Malta u minħabba l-fatt li dawn allegazzjonijiet għandhom irridu jiġu ppruvati.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley oġġezzjonat għat-talba tal-ħelsien mill-arrest minħabba li dan huwa reat serju apparti l-biża’ li huwa jaħrab mill-pajjiż.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri ċaħdet t-talba għall-ħelsien mill-arrest.