Qorti
Jinżamm arrestat wara li ħebb għall-Pulizija

John Owusu ta’ 33 sena mill-Ghana, tressaq fil-Qorti t’Għawdex, mill-Ispettur Josef Gauci, akkużat li ħebb u rreżista bi vjolenza lill-Pulizija. Il-każ seħħ jumejn ilu f’appartament fi Triq it-Torri fix-Xlendi.

Quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana, John Owusu wieġeb mhux ħati tal-akkużi, fosthom ukoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-istess Qorti, meta tressaq il-Qorti b’akkużi oħrajn fl-4 ta’ Ġunju.

John Owusu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u qed jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Huwa kien assistiet mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Jean Paul Grech.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Żewġ Maltin li qegħdin fuq btala f’Hong Kong spiċċaw maqbuda fl-irvellijiet li għaddejjin bla heda f’dan il-pajjiż. Lawrence Attard tkellem ma’ TVM, eżatt wara li rnexxielu jaħrab minn protesta vjolenti…

Lokali

Il-vjolenza domestika ħafna drabi nassoċjawha man-nisa, iżda fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, fost il-vittmi ta’ vjolenza domestika li talbu l-għajnuna tal-Appoġġ, kien hemm ukoll 44 raġel. Waqt il-programm Insights…

Kultura

F’Sala San Pawl fid-Dar tal-Providenza għaddejjin fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet għall-produzzjoni teatrali li ser tittella’ fi żmien il-Milied fl-Istitut Kattoliku bis-sehem ta’ wħud mir-residenti, il-ħaddiema u atturi stabbiliti. Din hija parti…

Aktar