Qorti
Jinżamm arrestat wara li hedded lil ommu

Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke tressaq żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Bormla akkużat li hedded, inġurja u anke kkawża biża’ lill-ommu bi vjolenza. Huwa kien akkużat ukoll li anke għamel ħsara fuq propjetà ta’ ommu li ma taqbiżx il-€250. Fil-Qorti l-akkużat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ommu xehdet li minkejja dak li ġara lesta terġa’ tilqgħu d-dar.

Wara li saret talba mill-Avukat Difensur tal-Għajnuna Legali Mark Mifsud Cutajar biex l-imputat jingħata l-ħelsien mill-arrest u l-prosekuzzjoni oġġezzjonat, il-Maġistrat Clarke ma ħassithiex konvinta li l-akkużat għandu jintbagħat jgħix ma’ ommu minħabba l-akkużi li nġibu kontra tiegħu mill-Ispettur Eman Hayman. Hija rat li ma kienx hemm residenza alternattiva fejn il-ġuvnot jinbagħat jgħix u anke qiset il-kontenut tar-risk assessment. Il-Qorti ddeċidiet li ż-żagħżugħ għandu jinżamm arrestat sakemm erbat ijiem oħra l-Maġistrat Clarke tagħti s-sentenza għax spjegat li kienet tenħtieġ aktar żmien biex tikkonsidra l-fatti kollha, anke minħabba li l-ġuvnot jeħtieġ li jingħata għajnuna medika.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar