Qorti
Jinżamm arrestat wara li hedded lill-eks sieħba li se jisplodiha

Żagħżugħ ta’ 23 sena minn Bormla baqa’ miżmum arrestat wara li allegatament hedded lill-eks sieħba tiegħu li se jisplodiha.

Huwa ġie akkużat ukoll li kien baqa’ jibagħtilha messaġġi ta’ spiss fuq Facebook wara li r-relazzjoni tagħhom sfaxxat. Il-mara hija wkoll omm bintu.

L-akkużat ġie skortat il-qorti t-Tlieta waranofsinhar fejn ġie akkużat li uża ħażin apparat elettroniku biex ibeżża’ lill-eks sieħba tiegħu u lil binthom. Huwa ċaħad l-akkużi kontrih.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT, Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd ta’…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar