Qorti
Jinżamm arrestat wara li hedded lill-ġenituri tiegħu b’sikkina

Raġel ta’ 40 sena minn Ħal Għaxaq baqa’ arrestat wara li hedded lill-ġenituri tiegħu b’sikkina.

Il-każ seħħ ilbieraħ kmieni filgħodu wara li l-ġenituri ta’ Wayne Caruana sejħu għall-assistenza tal-pulizija fejn malli waslu u ppruvaw jikkalmaw lil Caruana, huwa beda jirreżistihom b’mod vjolenti u anke kkaġuna ġrieħi ħfif liż-żewġ uffiċjali tal-pulizija li marru fuq il-post.

Caruana ġie akkużat ukoll li kien xurban, li rrifjuta li jobdi l-ordnijiet tal-pulizija u li huwa riċediv. Huwa ma ammettix l-akkużi bil-Maġistrat Audrey Demicoli tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar