Qorti
Jinżamm arrestat wara li kien akkużat li kkorrompa tifla ta’ 15-il sena

Relazzjoni amoruża ma’ tfajla ta’ ħmistax-il sena waslet biex raġel ta’ 25 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum arrestat. Il-każ beda jinstema fil-Qorti quddiem il-Magistrat Audrey Demicoli li ordnat restrizzjonijiet fuq x’jiġi rappurtat.

Ir-raġel akkużat li kkorrompa tifla ta’ 15-il sena, ġie mixli li wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest f’Lulju huwa baqa’ jagħmel kuntatt magħha. In-nannu tat-tifla xehed li ra lit-tifla tiela’ fuq vann li kien qed isuq l-akkużat u li f’diversi telefonati li kien jagħmlilha, kien jheddidha li joqtolha jekk titilqu.

Xehdet ukoll omm it-tifla li qalet li lil bintha qabditha tigdeb dwar mobile li kellha apposta sabiex tikkomunika mal-akkużat u sabitilha wkoll ittri li kien jibagħtilha. Xehdet li meta qalet lil bintha tgħidilha x’qed jiġri, bintha qaltilha li qed tibża minnu.

Fuq il-pedana tax-xhieda, it-tifla qalet li minn meta r-raġel ħareġ mill-ħabs, hija ltaqgħet miegħu darbtejn biss. Tul is-seduta ħareġ li l-akkużat iltaqa’ aktar minn darbtejn mat-tifla wara li ħareġ mill-ħabs.

Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar