Qorti
Investigazzjoni dwar traffikar tad-droga jidher li kixfet pjan biex tinġieb bomba f’Malta

Investigazzjoni b’bixra internazzjonali b’rabta ma’ suspett ta’ attivita terroristika waslet lill-pulizija Maltija mill-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu tarresta u tressaq il-Qorti raġel minn Ħal Qormi b’akkużi fost oħra li pprova jimporta materjal splussiv. Jomic Calleja qed jiċħad l-akkużi kontrih.

Investigazzjoni dwar traffikar tad-droga tidher li kixfet dak li jidher kumplott internazzjonali biex tinġib f’Malta bomba. Television Malta jinsab informat li f’Awwissu li għadda l-Pulizija bdiet tinvestiga lil Jomic Calleja ta’ 34 sena minn Ħal Qormi li fil-passat kien mixli wkoll bi traffikar ta’ 18-il kilo droga. Hu mifhum li f’din l-investigazzjoni l-awtoritajiet Maltin kienu mgħejuna minn aġenziji internazzjonali fosthom l-FBI. Mhux eskluż li hemm persuni oħra li qed jiġu investigati.

Calleja ġie arrestat ilbieraħ f’Ħaż Żebbuġ wara ġranet ta’ sorveljanza mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra t-Terroriżmu u tressaq il-Qorti llum mixli b’numru ta’ akkużi fosthom li pprova jixtri materjal splussiv mingħajr il-permess tal-Pulizija u li sar riċediv. Huwa wieġeb mhux ħati u se jibqa’ jinżamm arrestat.

Din mhux l-ewwel darba li l-akkużat xellef dufrejh mal-liġi. Ħames snin ilu nġab lura Malta minn Sqalijja b’mandat ta’ arrest Ewropej fuq akkużi dwar traffikar ta’ 18-il kilo kannabis. Huwa għaddej ukoll proċeduri kriminali mixli li kellu fil-pusses tiegħu rifle tat-tip AK47 u li sparah f’garaxx f’Ħal Qormi, munizjon li jaqbel ma’ din l-arma letali, droga kokaina u magna għall-produzzjoni tal-pilloli. F’każ ieħor separat seba’ snin ilu l-akkużat ingħata sentenza sospiża ta’ tliet snin u multa ta’ €700 wara li nstab ħati li ffalsifika jew mexxa flus foloz.

F’Ottubru li għadda l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ħarġet twissija dwar il-kumpanija tal-akkużat, Bitcoinautotrader li biha kien joffri s-servizz ta’ bejgħ u xiri ta’ assi finanzjarji virtwali bħal Bitcoin u muniti oħra diġitali mingħajr liċenżja. Sorsi qalulna li permezz tal-muniti diġitali s-sid kien jinnegozja f’karozzi lussużi li jaqbżu l-valur tal-€100,000.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Iż-żamma tad-distanza soċjali, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri huma l-miżuri ewlenin ta’ prekawzjoni mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa li jridu jkomplu jiġu segwiti anke meta nhar il-Ġimgħa jispiċċaw bosta restrizzjonijiet. Il-Ministeru tas-Saħħa qal…

Infrastruttura

Infrastructure Malta rċeviet sitt offerti għall-ewwel fażi tal-proġett biex twassal sal-mollijiet fil-Port il-Kbir biżżejjed provista tal-elettriku biex cruise-liners u vapuri oħra jkunu jistgħu jitfu l-magni meta jkunu sorguti mal-mollijiet. L-attivita’…

Parlament

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati  il-memorandum of understanding li ntlaħaq bejn Malta u l-Libja fil-laqgħa li saret fi Tripli il-ġimgħa li għaddiet. Il-Ministru Bartolo, li…

Aktar