Qorti
Jinżamm arrestat wara li kien akkużat li seraq mobile

Malti ta’ 23 sena, imwieled ir-Russja, ġie akkużat li jumejn ilu f’San Ġwann seraq mobile b’valur ta’ €400. Slava Baldacchino ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li hu riċediv.

L-akkużat li fil-Qorti qal li jaħdem f’ħanut tal-merċa f’Tas-Sliema ċaħad l-akkużi. Id-difiża argumentat li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija filwaqt li ntqal li ż-żagħżugħ wera x-xewqa li jagħmel programm biex jiġġieled il-vizzju tad-droga.

Il-Qorti ordnat li ż-żagħżugħ jibqa’ miżmum arrestat. Il-każ se jissokta għada.