Qorti
Jinżamm arrestat wara li kien akkużat li stupra mara

Aftab Prince, Pakistani ta’ 37 sena, li jaħdem bħala infermier u huwa l-President tal-Alleanza tal-Pakistani f’Malta, ġie akkużat li stupra mara Pakistana f’aktar minn okkażjoni waħda. Huwa jinsab akkużat ukoll li bl-aġir tiegħu, il-mara qiegħda tbati minn problemi fiżiċi u psikoloġiċi.

L-avukat difensur Shazoo Ghazmavi qal li l-akkużat ilu 10 snin jgħix Malta b’kondotta nadifa. Qal li l-pulizija minflok investigaw sew qabdu u ressquh l-Qorti. L-Ispettur Joseph Busuttil spjega li wieħed irid jifhem il-kultura Pakistana li l-effetti tar-relazzjoni intima barra ż-żwieġ. Qal li l-allegata vittma tkellmet ma’ psikjatra li inkoraġġiha biex tirrapporta lill-pulizija. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għal divjett fuq isem l-akkużat u ordnat li jinżamm arrestat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Matul il-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball inġabru €1,688,209 b’risq Puttinu Cares. Kienu bosta li matul tmiem il-ġimgħa li għadda marru sal-Marsa Sports Ground, b’uħud ipparteċipaw f’xi logħba u…

Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Aktar