Qorti
Jinżamm arrestat wara li kien mixli li ta daqqiet ta’ sikkina lil sieħbu

Paul Adam Cinato ta’ 43 sena minn Luton, inżamm arrestat wara li kien mixli li ta daqqiet ta’ sikkina lil sieħbu li joqgħod fl-istess appartament miegħu f’San Pawl il-Baħar.

Huwa kien mixli li weġġa’ gravi lil sieħbu mingħajr l-intenzjoni li joqtlu, li insultah u heddu, li ma kellux liċenzja biex iżomm arma u li seraq mobile f’Novembru li għadda.

L-Ispettur Colin Sheldon spjega li l-argument inqala’ meta l-akkużat allegatament argumenta ma’ sieħbu u attakkah. Qal li qabel l-argument, l-akkużat bagħat messaġġi ta’ theddid lill-vittma. Huwa ħarab minn fuq il-post iżda ġie arrestat wara li rritorna fl-appartament.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużati, bil-Maġistrat Neville Camilleri żammu arrestat.

Aħbarijiet Oħra

Is-Segretarju tal-Kumitat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Magħquda, Gulnara Roll, faħħret lill-Gvern għat-tfassil tas-sistema nazzjonali ta’ housing. Is-sinjura Roll kienet qed titkellem waqt konferenza organizzata mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u n-Nazzjonijiet Magħquda…

Tikkarga l-ġirja elettorali għall-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti nhar it-3 ta’ Novembru. Eliġibbli jivvutaw iktar minn 156 miljun ruħ, fosthom ċittadini Amerikani li jgħixu barra pajjiżhom. F’Malta u Għawdex hawn madwar…

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-progress soċjali u edukattiv tat-tfal hu kruċjali, għalhekk sostna li importanti li l-iskejjel jinfetħu, kemm jekk tingħata edukazzjoni online, kemm li t-tfal imorru fiżikament…

Aktar