Lokali
Jinżamm arrestat wara li ma ammettiex li spara fuq anzjana

Melvin Debono ta’ 26 sena minn Raħal Ġdid inżamm arrestat wara li ma ammettiex l-akkuża  li spara tiri ta’ arma tan-nar lejn residenza ta’ anzjana.

Il-każ seħħ nhar id-19 ta’ Novembru fi Triq Ħal Luqa; Raħal Ġdid.

L-Ispettur Chantelle Casha qalet li mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li dakinhar l-anzjana semgħet ħoss kbir qiesu sparatura u meta ttawlet mill-gallerija ma rat xejn. Qal li filgħodu marret infermiera biex tagħtiha l-insulina u ndunat li fil-bieb kien hemm toqba li wara testijiet forensiċi rriżulta li tikkorrispondi mal-isparatura.

Il-Qorti semgħet li minn kameras tas-sigurtà, il-Pulizija innotaw karozza bajda tat-tip Mercedes tieqaf quddiem id-dar u min-naħa tax-xufier toħroġ id mill-karozza u sseħħ l-isparatura. Dlonk wara l-isparatura l-karozza telqet.

Mill-istħarriġ li għamlet il-Pulizija rriżulta li l-karozza kienet ta’ Joseph Debono u minn hemm ħareġ li hu kien is-sid tal-karozza iżda jsuqha ibnu għax hu ma jafx isuq.

Il-Prosekuzzjoni kompliet tgħid li Melvin Debono ma ried jieħu l-karozza l-għassa u qal li kien ilu ħmistax ma jsuqha u kienet fil-garraxx.

Min-naħa tagħha d-difiża mmexxija mill-Avukat Franco Debono flimkien ma’ Dr Marion Camilleri qalet li mill-kameras tas-sigurtà jidher biss id u mhux wiċċ.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud qal li jrid jinstab bilanċ fis-soeċjeà u qal li hawn aktar drittijiet għall-kriminali milli għal dawk li jkunu qed jgħixu fid-djarhom għall-kwiet. Qal li l-Qorti hija mħassba li hawn vetturi fit-torqo li mhux irreġistrati fuq min isuqhom. Żied jgħid li hawn ukoll għadd ta’ armi mhux irreġistrati u li dan qed joħloq periklu akbar għas-soċjetà.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Kultura

Kull belt u raħal f’Malta għandha minn waħda sa tnejn. Il-baned għadhom parti integrali mis-soċjetà Maltija u llum il-ġurnata komplew jifirxu l-ħidma tagħhom barra minn Malta b’kunċerti li bihom iżidu…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li ġejjin se jkollu diversi impenji fi New York, li jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħamis bid-diskors mistenni tiegħu fit-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda. It-tema…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-kwistjoni tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, il-Gvern l-ewwel ried jimpressjona biex iġib il-voti u issa fir-realtà ħafna nies mhux se jinqdew minħabba li s-sistema mhix…

Aktar