Qorti
Jinżamm arrestat wara li nqabad b’2kg kokaina

Brażiljan inżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li mporta żewġ kilogrammi droga kokaina. Il-Brażiljan twaqqaf fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lbieraħ waranofsinhar.

Huwa kien għadu kemm wasal Malta minn Larnaca f’Ċipru. Minn tfittxija li saret fuqu minn uffiċjali tas-sigurtà tal-Ajruport Internazzjonali, instabu erba’ pakketti droga li rriżulta kienet kokaina.

Id-droga nstabet ma’ saqajn l-imputat imdawra bit-tape.