Lokali
Jinżamm arrestat wara li nqabad b’75 qartas ta’ eroina

Id-difiża ta’ raġel akkużat li kellu 75 qartas bid-droga eroina, talbet biex jintbagħat fit-taqsima forensika tal-isptar Monte Carmeli minflok ma talbet għall-ħelsien proviżorju.

Stephen Cachia ta’ 49 sena minn San Ġwann ġie arrestat ilbieraħ wara li nstab fil-pussess ta’ pouch mimli droga fi klabb f’San Ġwann.

Huwa ġie mixli bi traffikar ta’ droga u li kien f’post frekwentat miż-żgħaħagħ. Cachia ġie ordnat li jibqa’ arrestat, bil-Qorti titlob lid-Direttur tal-Ħabs jara jekk hemmx il-ħtieġa li l-akkużat jintbagħat fit-taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli kif mitlub mid-difiża tiegħu.