Qorti
Jinżamm arrestat wara li nqabad b’9kg kannabis

Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu u li assoċja ruħu ma’ persuni oħra biex ibigħ jew jittraffika d-droga.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, Depty Naval, ta’ 35 sena li joqgħod Tas-Sliema wieġeb li mhux ħati tal-akkużi. Il-qorti ordnat li jibqa’ miżmum arrestat.

Fl-istess operazzjoni li twettqet minn uffiċċjali mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ġew arrestati żewġ irġiel oħra ta’ nazzjonalità Indjana.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-Uffiċċju għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja qed iħabbar dati ġodda għall-poloz ta’ parteċipazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja. Dawn se jiġu mxandra live fuq www.knisja.mt minn ġo studio mingħajr il-preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibbli, minħabba r‑restrizzjonijiet kontra t‑tixrid tal‑coronavirus. L-ewwel…

Unjoni Ewropea

Il-kriżijiet ta’ spiss ma jħarsux lejn l-uċuħ meta jolqtuna. Filwaqt li xi wħud jistgħu jiġu previsti u indirizzati bi tħejjijiet xierqa, oħrajn jaħsduna għall-għarrieda, bħal fil-każ ta’ din il-pandemija storika…

Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

Aktar