Qorti
Jinżamm arrestat wara li nqabad bid-droga

Charlston Cassar ta’ 26 sena minn Bormla ġie akkużat b’pussess aggravat tad-droga eroina u kokaina f’ammonti li ma kinux għall-użu personali tiegħu.

Il-kaz seħħ fl-4 ta’ Settembru li għadda. Il-Prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li saret tfittxija fil-kantina tar-residenza tal-akkużat f’Bormla fejn instabu oġġetti relatati mad-droga fosthom sikkina u miżien li fuqhom saru t-testijiet tad-DNA.

Dakinhar il-Pulizija kienet interrogat lill-akkużat iżda ħelsitu bil-Police Bail sakemm inġabru l-provi xjentifiċi kontrih.

Id-difiża kkontestat il-validità tal-arrest iżda l-Maġistrat Farrugia ma laqax it-talba. Ħareġ ukoll li l-akkużat huwa riċediv b’diversi sentenzi oħra tal-Qorti. Cassar ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.