
Lokali
Jinżamm arrestat wara li nqabad bil-ħaxixa, l-eroina u l-kannabis
Sage Gauci ta’ 18-il sena mill-Belt Valletta nżamm arrestat wara li ma ammettiex l-akkuża li fir-residenza tiegħu l-Pulizija sabet mill-anqas 10 kilogrammi ħaxixa u ammont ta’ grammi fi droga eroina u kannabis.
L-Ispetturi Jonathan Cassar u Priscilla Caruana Lee qalu li ż-żagħżugħ ammetta mal-Pulizija li d-droga kienet tiegħu u li kienet lesta biex tinbiegħ iżda ma qalx mingħand minn ġab id-droga.
Id-difiża ma talbitx il-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat Joe Mifsud laqa’ t-talba tal-prosekuzzjoni biex l-assi taż-żagħżugħ ikunu ffriżati. Iż-żagħżugħ huwa riċediv f’diversi sentenzi tal-Qorti.
Ara wkoll:
Żagħżugħ arrestat wara sejba ta’ droga kokaina, eroina u kannabis