Qorti
Jinżamm arrestat wara li nqabad bil-kokaina fl-Imġarr

Eman Scerri ta’ 29 sena mix-Xagħra ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li dalgħodu kien akkużat b’pussess aggravat ta’ droga.

Scerri nqabad ilbieraħ mill-Pulizija fl-Imġarr Għawdex fil-pussess ta’ droga kokaina.

Quddiem il-Qorti t’Għawdex huwa kien akkużat b’pussess ta’ kokaina f’distanza ta’ inqas minn mitt metru minn post iffrekwentat miż-żgħażagħ, kif ukoll li kien fil-pusess tal-istess droga f’ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Scerri wieġeb mhux ħati tal-akkużi, u nżamm arrestat. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana.

Ara wkoll:

Mara u raġel arrestati wara li nstabu fil-pussess tad-droga