X

Jinżamm arrestat wara li nqabad b’żewġ blokok ta’ reżina tal-kannabis

Raġel li nqabad b’żewġ blokok ta’ reżina ta’ kannabis li flimkien jammontaw għal ftit inqas minn 200 gramma nżamm arrestat.

Joseph Rizzo ta’ 56 sena mill-Fgura wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Ir-raġel, li diġà hu magħruf mal-Pulizija, ġie arrestat wara li l-Pulizija ratu ma’ żewġt irġiel oħra u fittxewlhom. Hemm sabu ħames blokok maħsuba reżina tal-kannabis. Rizzo kellu fuqu 2 blokok filwaqt li raġel ieħor kellu 3. It-tliet irġiel ġew arrestati iżda tnejn minnhom ingħataw il-ħelsien mill-arrest mill-Pulizija.

Id-difiża mmexxija mill-Avukat Franco Debono għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest u argumenta li l-każ mhux wieħed ta’ traffikar. Madankollu t-talba ma ġietx milqugħa mill-Qorti.