Qorti
Jinżamm arrestat wara li nstabulu 2kg kannabis u €11,000 kontanti

Nigel Muscat minn Ħaż-Żabbar ġie akkużat b’pussess aggravat ta’ droga kannabis, li kienet għandu f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu tiegħu, u li kien f’distanza ta’ anqas 100 metru minn fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.

Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, Muscat li hu wkoll riċediv, wieġeb li mhux ħati tal-akkużi. ż

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Anthony Scerri spjegat li l-arrest ta’ Muscat seħħ wara li l-pulizija rċeviet informazzjoni li minn residenza f’Bormla kien qed isir traffikar ta’ droga. Kompla jgħid li l-Pulizija segwiet lil Muscat u rriżulta li t-traffikar kien qed isir minn residenza f’Ħaż-Żabbar.

Xehed li meta arrestaw lil Muscat, dan qalilhom li kellu kilò droga ħaxixa fil-karozza, u meta għamlu tfittxija fir-residenza, instab kilò ieħor tal-istess droga, flimkien ma’ €11,000 fi flus kontanti. Il-Qorti, ċaħdet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest.

Ara wkoll:

Tliet persuni arrestati f’Ħaż-Żabbar b’rabta ma’ droga

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar