Qorti
Jinżamm arrestat wara li pprova jitlaq minn Malta b’passaport falz

Raġel Niġerjan ta’ 32 sena tressaq il-Qorti mixli li għamel użu minn dokumenti foloz.

Izuchuwku Nwakeze Innocent ġie mixli li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz u li sar riċediv.

Mgħejun mill-Avukat Simon Micallef Stafrace, fin-nuqqas tal-avukat tiegħu, Innocent wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

L-imputat spjega li peress li kien ġie rrifjutat darbtejn l-ażil f’Malta, għażel li jitlaq minn Malta biex jirritorna lura n-Niġerja.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea, ordnat li l-akkużat jinżamm taħt arrest preventiv.