Qorti
Jinżamm arrestat wara li sabbat kelb u qatlu quddiem il-Pulizija

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali.

Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv.

Meta l-Pulizija marru fuq il-post Leon Borg ta’ 22 sena beda jġib ruħu b’mod vjolenti, fejn kisser il-mobile t’ommu, u wara qabad il-kelb minn saqajh u beda jsabbtu ma’ komodina. Il-kelb miet iktar tard.

Borg kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq każ pendenti ta’ sentejn u nofs ilu, li fih jinsab akkużat li weġġa’ gravi tfajla. Ftit tax-xhur qabel huwa kien akkużat ukoll li tajjar persuna apposta wara argument.

Id-difiża qalet li Borg seta’ kien qiegħed taħt l-effett ta’ sustanzi meta qatel il-kelb, u ma kienx kompletament konxju ta’ dak li kien qed jagħmel.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija li jaħdem fil-kafeterija tal-vapuri tal-Gozo Channel wieġeb mhux ħati li seraq €1,500 mill-basket ta’ mara li ħallietu warajha fuq mejda. Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati tas-CCTV…

Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Aktar