Qorti
Jinżamm arrestat wara li seraq arloġġ u mutur

Alexander Whiteford ta’ 37 sena u mwieled l-Ingilterra wieġeb mhux ħati tal-akkużi ta’ serq aggravat, sekwestru ta persuna u serq bi vjolenza filwaqt li kien fuq police bail. Il-Qorti preseduta mill-Magistrates Natasha Galea Sciberras żammitu arrestat. Fil-Qorti ntqal li l-imputat ilu ilu sena u nofs biss li ħareġ mill-ħabs wara 12-il sena.

L-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Stephen Gulia ressqu lill-imputat il-Qorti wara investigazzjoni li kienet ilha għaddejja mit-22 ta’ Awwissu. Fil-Qorti ntqal li l-akkużat seraq arloġġ li jiswa aktar minn €4,500 mingħand persuna fil-Pieta u żamm persuna kontra r-rieda tiegħu filwaqt li kisser flixkun biex iħebb għalih. Whiteford kien akkużat ukoll li seraq mutur minn Marsaskala.

Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-gravita tar-reati u għax l-imputat ma jistax ikun fdat għax għandu kondotta kkulurita u kiser il-police bail meta qal lill-Pulizija li jinsab fl-isptar għax ma jiflaħx biex il-pulizija arrestatu minn post pubbliku. Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li għadd hemm xhieda pajzana li għadd iridu jixhdu u li l-imputat ma għandux indirzz fiss.