Lokali
Jinżamm arrestat wara li seraq kelb

Ġuvni ta’ 25 sena nżamm arrestat wara li ġie akkużat li seraq għadd ta’ affarijiet, fosthom kelb ta’ mara minn residenza f’Ħal Qormi.

Andreas Buhagiar, li għandu l-vizzju tad-droga u li m’għandux impjieg ġie akkużat li seraq ammont ta’ flus kontanti, mobile u wettaq xi serqiet minn farmhouse f’Ħal Qormi.

Akkużi oħra kienu li prova jisraq karozza u li kiser il-kundizzjonijiet li kellu minn każ preċedenti.

Huwa talab għall-ħelsien mill-arrest madankollu din it-talba ġiet miċħuda.