Qorti
Jinżamm arrestat wara li seraq minn magna f’pompa tal-petrol

Michael Spiteri ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar ġie akkużat li seraq €270 minn magna f’pompa tal-petrol f’Birżebbuġa.

Huwa ġie mixli li wettaq ir-reat f’perjodu ta’ sentenza sospiża li ngħata ftit ġimgħat ilu u li għamel ħsara ta’ mijiet ta’ Ewro fil-magna.

Huwa ċaħad l-akkużi kontrih. Il-Qorti ċaħdet it-talba tiegħu għal ħelsien mill-arrest.