Qorti
Jinżamm arrestat wara li weġġa’ ħafif Pulizija f’Għawdex

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija.

Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm, għamel reżistenza bi vjolenza u kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa lil uffiċjal tal-Pulizija, ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, u wettaq serq, fost oħrajn.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella huwa wieġeb mhux ħati, u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. L-aġġornament se jixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook ta’…

Aktar