Lokali
Jinżamm arrestat wara li wieġeb ħati li hedded u offenda żewġ kuntistabbli tal- Pulizija waqt li kienu xogħol

F’każ ieħor Somalu ta’ 24 sena Sacid Mohamed Abdillahi baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb ħati li hedded u offenda żewġ kuntistabbli tal- Pulizija waqt li kienu xogħol.

L-Ispettur tal-Pulizija Leeroy Balzan Engerer qal li l-inċident seħħ fis-sigħat bikrin tal-ġimgħa filgħodu f’San Ġiljan meta l-akkużat kien xurban. Fil-Qorti ntqal li huwa riċediv għax ilu biss xahar li ħareġ mill-Faċilità Korettiva ta’ Kordin.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Vella ordnat li r-raġel jinżamm arrestat sakemm tagħti is-sentenza wara li tkun eżaminat il-każijiet preċedenti tal-akkużat.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar