
Żagħżugħ ta’ 16-il sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ammetta li l-ġimgħa li għaddiet wettaq serqa aggravata bil-vjolenza fuq anzjan ta’ 74 sena fi Triq il-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar.
Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, iż-żagħżugħ mis-Serbja ġie mixli mill-Ispettur Fabian Fleri li żamm lill-anzjan kontra l-volontà tiegħu u seraqlu €1,100 li allegatament kien għadu kif ġibed ftit minuti qabel mill-ATM.
Il-Maġistrat talbet li sa tliet ġimgħat oħra jitħejja rapport minn uffiċjal tal-probation qabel tagħti s-sentenza.
Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…
Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…
Il-Knisja ċċelebrat il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, it-tnissil tal-Madonna mingħajr tebgħa tad-dnub oriġinali. Apparti f’Bormla fejn hi t-titular, din il-festa ġiet iċċelebrata fil-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex. Dan seta’ jsir wara…