Qorti
Jinżammu arrestati fuq akkużi ta’ serq u vagabundaġġ

Tuneżin u Libjan baqgħu jinżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja għall-akkużi ta’ attentati ta’ serq minn żewġt iħwienet.

Hamdi Habib Mohammed Shedi u Rammi Rajab Ali Ratima jinsabu akkużati li wettqu dawn ir-reati fi Triq Dun Karm Birkirkara bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ta’ filgħodu.

Huma ġew akkużati ukoll li qed jgħixu ħajja ta’ vagabundaġġ.

Iż-żewġ imputati huma ukoll riċedivi, b’wieħed minnhom kien akkużat li kiser il-kundizjonijiet ta’ sentenza sospiża mogħotija f’Lulju li għadda.