Qorti
Jinżammu arrestati wara li nqabdu bid-droga

Darren Robert Mercer, Ingliż ta’ 45 sena u li jgħix Ħal Luqa kif ukoll Charmain Bezzina ta’ 38 sena li tgħix Ħal Luqa wkoll, baqgħu miżmumin arrestati wara li tressaq il-Qorti akkużati separatament, b’pussess aggravat u traffikar ta’ droga kokaina u eroina.

L-ispettur Joseph Xerri qal lill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, li fil-każ ta’ Mercer, il-pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga għamlet tfittxija fir-residenza tiegħu fejn sabu d-droga filwaqt li fil-każ ta’ Bezzina, segwewha bil-karozza mill-Gżira sa’ Ħal Għaxaq u meta nterċettawha sabu laned bl-eroina u bil-kokaina.

Permezz tal-avukat tal-għajnuna legali, David Camilleri, huma wieġbu li mhux ħatja tal-akkużi kontrihom iżda ma għamlux talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni immexxija mill-Ispettur Joseph Xerri talbet lill-Qorti sabiex tordna l-iffriżar tal-assi taż-żewġ akkużat.

Il-Qorti laqgħet it-talba u ż-żewġ akkużati baqgħu miżmuma arrestati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ara wkoll:

4 persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga