Qorti
Jinżammu arrestati żewġ nisa li nqabdu b’9kg kokaina fil-bagalja

Żewġ nisa Spanjoli; Marta Chanelys Liranzo Duval ta’ 18-il sena u mara ta’ 25 sena li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, wieġbu li mhumiex ħatja għall-akkużi ta’ importazzjoni ta’ droga f’ammonti li juru li mhumiex għal użu personali.

Iż-żewġ Spanjoli nqabdu waqt operazzjoni mill-uffiċjali tad-dwana fl-ajruport malli waslu b’titjira minn Madrid.

Id-dwana kienet qalet li waħda mill-imputati kellha aktar minn disa’ kilogrammi ta’ droga kokaina moħbija f’qiegħ falz ta’ bagalja. Il-persuna l-oħra kellha ammont żgħir ta’ kannabis u ecstacy. Id-droga nstabet f’qiegħ falz li kellha l-bagalja.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, laqgħet talba tad-difiża biex Duval tiġi eżaminata minn tabib billi hi tqila. Iż-żewġ nisa ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest, bil-Qorti tordna l-iffriżar tal-assi tal-akkużati.

Ara wkoll:

Ġiet minn Spanja b’aktar minn 9kg kokaina f’basket