Lokali
Jinżlu jgħumu f’Golden Bay minkejja l-periklu

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed tfakkar lill-għawwiema Maltin u turisti li wieħed m’għandux jinżel jgħum meta jsib żewġ bnadar ħomor fuq il-bajja.

L-awtorità qalet li l-bnadar ta’ twissija jinsabu f’kull bajja li tieħu ħsieb sabiex ikunu rispettati.

Dawn il-bandar jindikaw il-livell ta’ periklu f’kull bajja u jinbidlu skont kemm ikun qawwi l-baħar. F’każ li jkun hemm żewġ bnadar ħomor, bħal ma kien hemm f’Golden Bay, wieħed għandu jevita li jinżel jgħum.

Fir-ritratt juri li kien hemm min xorta waħda għażel li jinżel fil-baħar minkejja t-twissija.

L-MTA qalet li l-bajjiet immaniġjati minnha joffru l-ogħla standards internazzjonali fejn tidħol sigurtà. Il-bnadar ta’ twissija huma skont l-International Lifesaving Federation (ILF) u huma operati minn lifeguards preżenti fuq il-bajjiet, li jkunu dejjem kommessi biex joffru tagħrif lill-għawwiema Maltin u barranin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-qorti ordnat kumpens ta’ €463,465 għal tfajla li spiċċat fuq siġġu tar-roti wara inċident fil-Qawra. It-tfajla; Vladyslava Kravchenko, disa’ snin ilu kienet f’party ħdejn Fra Ben, meta l-apparat tad-dawl waqa’…

Lokali

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara. Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’…

Lokali

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba. Il-ħajja mhix logħba . . ….

Lokali

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv…

Aktar